Lokali

“Fejn falla Gvern Laburista hemm bżonn li naħdmu lkoll biex Malta terġa’ tikseb l-isem li jixirqilha” – Bernard Grech

"Jekk naħdmu lkoll flimkien bil-għaqal naslu."

“‘Naħarbu niġru’ fil-korruzzjoni – dan hu r-riżultat ta’ tmien snin li matulhom wara li wettqu l-pjan tagħhom, ħatfu l-istituzzjonijiet u ħolqu impunità li wasslet għal assassinju politiku.”

Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech wara l-aħħar ċifri tal-indiċi tal-korruzzjoni maħruġa minn Transparency International, l-agħar riżultat li qatt kiseb Gvern Malti.

Bernard Grech saħaq li dan huwa l-legat tal-Gvern Laburista li minkejja li inbidel Joseph Muscat xorta waħda ma nbidel xejn.

“Sena wara li Robert Abela sar Prim Ministru komplejna negħrqu fl-indiċi tal-korruzzjoni”, kompla l-Kap tal-Partit Nazzjonalista fejn insista li, “Fejn falla Gvern Laburista hemm bżonn li naħdmu lkoll biex Malta terġa’ tikseb l-isem li jixirqilha.”

Huwa saħaq li l-operaturi finanzjarji, l-investituri, in-negozji żgħar u medji, il-ħaddiema, il-professjonisti, l-istudenti, l-anzjani lkoll jafu li mingħajr isem tajjeb pajjiżna ma jimxix ‘il quddiem.

“Pajjiżna jixraqlu aħjar, inti jixraqlek aħjar. Jekk naħdmu lkoll flimkien bil-għaqal naslu.”

https://www.facebook.com/bernardgrechmt/posts/1062438247600813?cft[0]=AZVD3CynndylE8_Jte1NmqiPoVGS0fyzKNNsfz0GpjG6DpzlykiTMXeVNayKg5wXmHgNXjvSB_GRBOBOVy14uaCvxfKOXye2nC7SQoSQ6wGEZbO2fFcVmPB5WggY2_mbv_WR4sIo9_Pj6mCfcoHZXOBx&tn=%2CO%2CP-R