Għalkemm nafu f’liema grupp qegħdin, għadna ma ngħatajna l-ebda idea dwar meta attwalment se jitlaqqmu l-edukaturi. Sostna dan Marco Bonnici, President tal-MUT f’intervista waqt il-programm Net Live. Hu insista illi kulma jafu biss huwa li l-edukaturi huma fit-tielet cohort, li hi magħmula prinċipalment mill-forzi tal-ordni.
Dwar in-numri tal-każi fl-iskejjel, Marco Bonnici qal li wara l-istrajk fil-bidu ta’ Jannar, il-Gvern kien ta assigurazzjoni li l-MUT se tkun aġġornata b’mod regolari dwar is-sitwazzjoni tal-Covid fl-iskejjel. Hu qal li filwaqt li kull ġimgħa, qed ikollhom laqgħat mas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Union mhux qed tingħata ċifri.
Il-President tal-MUT qal li l-kommunita’ ta’ kull skola għandha dritt tkun taf x’inhu għaddej. Kemm biex tinqata’ l-ispekulazzjoni kif ukoll sabiex l-amministrazzjoni ta’ dik l-iskola tkun tista’ tippjana aħjar.
Marco Bonnici qal li filwaqt is-sitwazzjoni fuq livell ġenerali marret għall-agħar wara l-btajjel tal-Milied, hemm skejjel li ntlaqtu iktar minn oħrajn.
Hu qal li l-operat f’ċertu skejjel li diġa’ kien diffiċli minħabba nuqqas ta’ edukaturi, kompla jikkomplika ruħu iktar. Dan għaliex arranġamenti ta’ replacements li kienu jsiru fil-passat issa ma jistgħux isiru għax imorru kontra l-protocols imfassla mill-awtoritajiet tas-saħħa.
//= $special ?>
