Coronavirus Futbol Sport

Il-UEFA se tieħu deċiżjoni dwar il-futur tal-Kampjonati Ewropej f’April

(Ritratt: EPA)

Il-UEFA f’April li ġej se tkun qed tiddeċiedi jekk il-Kampjonati Ewropej tas-sajf li ġej isirux kif pjanat, mifruxa madwar 12 -il pajjiż differenti jew f’pajjiż wieħed.

Il-President tal-UEFA Alexander Ceferin f’laqgħa li kellu mat-tnax il-rappreżentant mill-pajjiżi kollha qal li l-UEFA hi kommessa li żżomm mal-pjan oriġinali li l-EURO 2020 ssir fi tnax il-pajjiż madwar l-Ewropa. Hu qal li l-Kampjonati Ewropej huma vitali għall-fondi tal-grassroots u l-iżvilupp tal-futbol.

Ceferin qal li hu ottimist li fix-xhur tas-sajf, is-sitwazzjoni b’rabta mal-pandemija se tkun differenti u qal li se jagħmel dak kollu possibli sabiex il-partitarji jkun jistgħu jirritornaw fl-istadiums għal dawn il-partiti.

Il-UEFA qalet li din hija sitwazzjoni li qed tinbidel il-ħin kollu u anke d-deċiżjonijiet b’rabta mat-tħejjijiet ta’ dan it-tournament qed jinbidlu u b’hekk d-deċiżjoni finali mistennija tittieħed f’April.