Formula 1 Sport

Imut l-eks sewwieq tal-Forumla 1 Adrian Campos

Id-dinja tal-Formula 1 tilfet eks sewwieq tal-istess sport, Adrian Campos fejn wara li kellu esperjenza qasira fil-Forumla 1 ma’ Minardi hu sar team manager kif ukoll scout.

Campos miet fl-età ta’ sittin sena wara li kellu problemi f’qalbu. L-Ispanjol ra t-talent tal-Formula 1 f’bosta żgħażagħ li maż-żmien saru sewwieqa ta’ kapaċità kbira fosthom Fernando Alonso, Marc Gené kif ukoll l-akkwist il-ġdid ta’ Ferrari Carlos Sainz Jr.

Adrian Campos twieled fis-17 ta’ Ġunju tal-1960 u wara esperjenza fil-Forumla 3 hu ssieħeb ma Minardi fejn rnexxielu jiddebutta fil-Formula 1 fl-1987. Sfortunatament għal Campos ftit li xejn wettaq suċċess bħala sewwieq iżda wara li rtira daħal bħala team manager kif ukoll bħala scout.