Soluzzjoni għal dawk il-persuni li f’dawn l-aħħar xhur tilfu xogħlhom, u spiċċaw qiegħda, għalissa għad m’hemmx.
Dan wara li meta mistoqsi minn Net News, il-Ministru Owen Bonnici – issa responsabbli mill-istrateġija post-covid, saħaq li ghadu għaddej bl-istudji, u r-rapport b’rabta ma’ din l-istrateġija suppost ser ikun qed jinħareġ sa 6 xhur oħra.
Madanakollu preżentament bosta huma dawk il-persuni li huma mifnija bl-inċertezza bis-sitwazzjoni tax-xogħol f’pajjiżna, bl-aħħar cifri tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-qgħad kompla jgħolli rasu fis-sajf …sakemm sal-aħħar tas-sena kienu 12,490 il-persuni li spiċċaw qiegħda – bir-rata ta’ qgħad titla għal 4.5%.
Din il-ġimgħa diversi rappreżentanti tal-Korpi Kostitwiti esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-prospetti f’dak li għandu x’jaqsam xogħol u negozju – b’uħud jisħqu li l-2021 ser tkun sena mimlija sfidi … realtà li għal darba tnejn, prova jtappan b’diskorsu l-Prim Ministru Robert Abela.
//= $special ?>
