Liverpool irritornaw għar-rebħ fil-Premier League meta barra minn darhom għelbu lil Tottenham 3-1. Tottenham ħasbu li fetħu l-iskor wara biss tliet minut meta minn pass preċiż ta’ Harry Kane, Heung-Min Son daħal fil-kaxxa u tefa’ taħt Alisson, bil-gowl ikun imħassar għall-offside permezz tal-VAR.
Biż-żewġ timjiet jippruvaw jiftħu l-iskor, kienu Liverpool li għamlu dan fir-raba’ minuta tal-ħin mogħti żejjed fi tmiem l-ewwel taqsima meta minn cross fil-baxx ta’ Mane, ROBERTO FIRMIO għamilhom 1-0. Liverpool ma setax kellhom bidu aħjar fit-tieni taqsima, hekk kif wara biss minut għamluhom 2-0, meta wara li x-xutt ta’ Mane kien salvat minn Lloris, kien TRENT-ALXANDER-ARNOLD li kien l-ewwel fuq il-ballun u xeħet ġewwa. Tottenham irreaġixxew u żewġ minuti wara naqqsu l-iskor b’xutt minn barra l-kaxxa ta’ PIERRE –EMILE HOEJBJERG. Liverpool ħasbu li reġgħu fetħu vantaġġ doppju fis-56 minuta meta fuq pass ta’ Mane, kien Mohamed Salah li xeħet ġewwa, bil-gowl ikun imħassar wara li fl-azzjoni li wasslet għall-gowl, Firminio mess il-ballun b’idu.
Liverpool xorta skorjaw t-tielet gowl fil-65 minuta meta wara żball difensiv ta’ Rondon, kien SADIO MANE li b’konklużjoni b’saħħitha għeleb lil Lloris.
//= $special ?>