Lokali Qorti

Mixlija li serqet ta’ €400 fi flus minn pet shop

Mara ta’ 44 sena mill-Qawra ġie mixlija li nhar it-Tnejn li għaddew serqet €400 fi flus kontanti mill-‘cash register’ ta’ Pet Shop fil-Marsa u dan meta marret biex tixtri żewġ fniek. L-allegat każ seħħ bejn it-3.00pm u l-5.00pm.

Graziella Debono ġie akkużata wkoll quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli li kisret il-kundizzjoni fuq każ ieħior li għandha quddiem il-Qorti. L-Avukat Mario Muscat għamel talba għal libertà proviżorja tagħha bil-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Roderick Attard oġġezzjona fejn qal li għandha karattru u kondotta rafrettarja.

Qal li għad baqa’ żewġ xhieda pajżana biex jixhdu fil-każ tagħha u li hi diġa’ ppruvat tavviċina lil sid il-ħanut biex tħallsu lura. Huwa kkonferma li Debono tieħu ħsieb lil oħtha bi bżonnijiet speċjali, iżda li din bħalissa qiegħda tieħu ħsiebha s-sieħba tagħha.

L-Avukat Mifsud qal li l-klijenta tiegħu hija preżunta innoċenti, u li hija xtaqet tixtri l-fniek għal oħtha, iżda dak il-ħin żbaljat. Huwa qal li hija għandha tieħu ħsieb lil oħtha u mhux terzi persuni u li jekk ikun hemm il-kundizzjonijiet serji mill-Qorti, fosthom li ma tersaqx lejn l-allegat vittma u x-xhieda tal-Prosekuzzjoni għandha tingħata l-ħelsien mill-arrest.

L-Avukat qal ukoll li l-istat tal-ħabs hu dak li hu u li kien hemm każijiet ferm agħar minn dan li ngħataw il-ħelsien mill-arrest. Il-Qorti laqgħet it-talba bil-kundizzjoni li Debono ma tersaqx lejn il-Marsa u li trid tiffirma fl-Għassa tal-Qawra tliet darbiet fil-ġimgħa, kif ukoll tagħmel tajjeb b’garanzija personali ta’ €5,000.