Ebda problema għal Napoli, rebbieħa tal-Coppa Italia tas-sena li għaddiet li wara din ir-rebħa fis-semi finali jilgħabu kontra Atalanta fit-3 u fl-10 ta’ Frar. Rebħa li iżda fit-tieni taqsima f’mument meta Spezia skorjaw darbtejn kienu evidenti problemi fid-difiza ta’ Napoli. Is-sekwenza tal-gowls. Wara biss ħames minuti kien KALIDOU KOULIBALY li fetaħ l-iskor wara li għeleb lil Titas Krapikas. Fl-20 minuta minn azzjoni ta’ Diego Demme’ kien HIRVING LOZANO li għamel l-iskor 2–0 .
Fit-30 minuta kien MATTEO POLITANO li minn azzjoni ta’ Piotr Zielinski għamel l-iskor 3–0 sabiex ħames minuti minn tmiem l-ewwel taqsima minn pass ta’ Lorenzo Insigne kien ELJIF ELMAS li kompla jkabbar l-iskor għal 4–0 . Fil-71 minuta Spezia naqqsu l-iskor meta minn azzjoni ta’ Acampora kien EMANUEL QUARTSIN GYASI li għeleb lil Ospina għall-4–1 . Għaddew tlett minuti u Spezia għamlu l-iskor 4–2 . Fuq xutt ta’ GENNARO ACAMPORA deher li Manolas seta’ xellef il-ballun qabel spiċċa wara Ospina.
COPPA ITALIA
Kwartifinali: It-Tlieta: Inter v Milan 2-1 Ilbieraħ: Atalanta v Lazio 3-2, Juventus v SPAL 4-0 Illum: Napoli v Spezia 4-2
//= $special ?>