Il-plejer ta’ Juventus Cristiano Ronaldo flimkien mal-mara tiegħu Georgina jinsabu nvestigati u qed jirriskjaw li jkunu mmultati wara li marru f’vaganza f’Courmayeur f’Valle d’Aosta u kisru r-regolamenti b’rabta mar-restrizzjonijiet tal-coronavirus fl-Italja, fejn wieħed ma jistax jivjaġġa f’żoni mmarkati oranġjo.
Skond ritratti li dehru fuq il-midja soċjali, jidher li Ronaldo u l-mara tiegħu marru f’vaganza qasira bejn nhar it-Tlieta u lbieraħ sabiex jiċċelebraw għeluq snin Georgina, b’Ronaldo ma jkunx inkulż fl-iskwadra ta’ lbieraħ fejn Juventus għelbu lil SPAL fil-Coppa Italia 4-0.