Internazzjonali

Stati Uniti: ‘L-aħħar ċans’ biex id-dinja tindirizza l-kriżi għall-klima

BERLIN, GERMANY - OCTOBER 22: U.S. Secretary of State John Kerry and German Chancellor Angela Merkel (not pictured) give statements to the media prior to talks at the Chancellery on October 22, 2014 in Berlin, Germany. The two leaders discussed the current situation in eastern Ukraine as well as the ongoing conflict against the Islamic State (ISIS), among other issues. (Photo by Pool/Getty Images)

Ir-Rappreżentant tal-Istati Uniti b’responsabbiltà għall-Klima, John Kerry, wissa li summit (il-Konferenza tal-COP26) tan-Nazzjonijiet Uniti li se jsir fl-Iskozja lejn l-aħħar tas-sena għandu jitqies bħala ‘l-aħħar ċans kbir’ għad-dinja li tevita l-agħar konsegwenzi ambjentali fis-snin li ġejjin.

Is-summit hu ffissat għal Novembru u Kerry sostna, waqt intervista lill-BBC, li ‘intilfu s-snin ta’ xogħol għaqli fl-interessi tal-klima’ fiż-żmien meta l-Istati Uniti kienet taħt it-tmexxija tal-eks President, Donald Trump. Kerry qal ukoll li Trump ‘bl-ebda mod ma kien jemmen’ fil-periklu li d-dinja qed tiffaċċja b’kaġun tal-bidliet fil-klima – b’mod partikulari l-global warming.

Hu qal dan waqt li l-President Amerikan ġdid, Joe Biden, kien qed jiffirma d-direttivi eżekuttivi li jindirizzaw l-effetti tal-bidliet fil-klima. Biden għamilha ċara, issa, l-Istati Uniti għandha tkun ‘il-protagonista’ fl-inizjattivi internazzjonali li jindirizzaw direttament din il-kriżi.

Dan meta hu ma tilifx iż-żmien biex l-Istati Uniti ssir mill-ġdid pajjiż firmatarju għall-Ftehim ta’ Pariġi tal-2016 dwar il-Klima wara li Trump kien ħareġ pajjiżu mill-istess ftehim.