Il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach sejjaħ għall-paċenzja dwar il-futur tal-Olimpjadi tas-sajf li ġej li se jsiru f’Tokjo hekk kif jekk is-sitwazzjoni ma tkunx sigura l-Olimpjadi ma jsirux.
Bach kien qed jindirizza bosta spekulazzjonijiet li qed jgħidu li l-Olimpjadi li kellhom isiru fis-sajf li għadda iżda ġew posposti għal dan is-sajf minħabba l-pandemija tal-coronavirus se jkunu qed jiġu kkanċellati.
Rapporti li dehru fil-midja internazzjonali matul il-ġimgħa li għaddiet qalu li l-Gvern Ġappuniż iddeċieda li jikkanċella l-Olimpjadi, bil-Gvern Ġappuniż ftit tal-ħin wara joħroġ jiċħad din l-aħbar. Bach qal li l-għan tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali hu li jorganizza l-Olimpjadi u se jkun qiegħed jagħmel minn kollox biex dan iseħħ.
//= $special ?>