Lokali

Tinqabad tisraq minn pet shop fil-Ħamrun

Investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett tal-Ħamrun b’rabta ma’ serqa minn ħanut tal-annimali fil-Marsa, wasslu biex tiġi arrestata mara ta’ 44 sena residenti San Pawl il-Baħar.

Kien nhar il-25 ta’ Jannar, meta fl-Għassa tal-Pulizija tal-Ħamrun daħal raġel jirraporta li xi ħadd seraqlu ammont ta’ flus mill-cash register.

Mill-istħarriġ li sar, anke permezz ta’ filmati tas-sigurtà, il-Pulizija identifikat lill-persuna li allegatament wettqet is-serqa u l-mara ġiet arrestata.

Hi mistennija titressaq il-Qorti llum, għall-ħabta tas-1pm, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli.