Axel Tuanzebe u Anthony Martial ta’ Manchester United kienu attakkati b’mod razzjali fuq il-midja soċjali tagħhom wara t-telfa mhux mistennija li Manchester United sofrew kontra Sheffield United.
Bosta plejers kemm ta’ Manchester United kif ukoll ta’ klabbs oħra urew solidarjetà maż-żewġ plejers u sejjħu dawn l-atti bħala diżgustanti. Il-captain ta’ Manchester United Harry Maguire qal li dawn l-atti mhumiex tollerabbli. Il-klabb fi stqarrija qal li huwa importanti li dawn il-persuni jkun identifikat u ħeġġew lill-awtoritajiet sabiex jieħdu azzjoni.
//= $special ?>