Coronavirus Lokali Saħħa

3 imwiet oħra kaġun tal-Covid-19 – 185 każ ġdid

Il-vittmi f'din il-ġimgħa jitilgħu għal 16

Il-vittmi f’pajjiżna kawża tal-Coronavirus komplew jiżdiedu hekk kif fl-aħħar sigħat kellna 3 imwiet oħra biex it-total ta’ fatalitajiet tela’ għal 264.

Fl-aħħar sigħat instabu 185 każ ġdid filwaqt li fl-aħħar ġimgħa kellna 1,162 każ ġdid, żieda sostanzjali miċ-ċifra tal-ġimgħa l-oħra. Il-każijiet attivi wkoll komplew jiżdiedu hekk kif it-total preżenti huwa dak ta’ 2,695. Aħbar tajba hi li fl-aħħar sigħat fiequ 174 persuna filwaqt li t-total ta’ dawk li fiequ huwa dak ta’ 14,626.

Il-każijiet totali minn Marzu ‘l hawn telgħu għal 17,585.

Sa issa 24,680 doża tal-vaċċin ingħataw filwaqt li 2,518 ingħataw it-tieni doża.