Matthias Mizzi
Balzan.…….4
Mosta………1
Balzan: V. Vranes, A. Loof, S. Arab, M. Duric, P. Fenech (90’ A. Bradshaw), D. Johnson, U. Ljubomirac,S. Dimic, W. Gomes (80’ M. Grima), A. Andrejic ( 72’ A. Effiong), S. Cipriott (80’ G. Camilleri)
Mosta: H. Mafoumbi, C. Ememe, J. Bezzina (80’ O. Sammut), D. Bonnici(80’ D. Debono), T. Farrugia, M. Muchardi (75’ G. Sciberras), R. Morisco, Z. Brincat, B. Kaljevic, K. Tulimieri (46’ M. Mifsud), R. Ekani (80’ M. Attard)
Imwissija: BLZ: 30’ S. Arab, 61’ P. Fenech MST: 64’ D. Bonnici, 69’ R. Morisco, 78’ G. Sciberras
Skorjaw: BLZ: 40′ (A. Andrejic), 45′ (M. Duric), 53′ (A. Andrejic), 70’ PEN (M. Duric) MST: 23′ (C. Ememe)
Referee: Emanuel Grech
Assistenti Referees: Edward Spiteri & Paul Apap
Raba’ Uffiċjal: Alex Johnson
BOV Plejer Tal-Logħba: Milan Duric (Balzan)
Balzan ħasdu għal kollox lill-Mosta meta kienu kapaċi jdawru telfa f’rebħa ta’ erba’ gowls. Biż-żewġ timijiet kienu ġejjin minn telfa, dan il-konfront serva ta’ tama li xi ħadd minnhom seta’ javvanza fil-klassifika. B’Balzan fiż-żona l-ħamra għal diversi ġimgħat, il-pressjoni bdiet tinħass, filwaqt li Mosta xtaqu li jdawru r-rota u jirritornaw għar-rebħ biex ma jinqatgħux minn ma’ ta’ fuq.
Fl-ewwel taqsima kellna spettaklu ta’ tlett gowls fejn Mosta ħarġu tattikament aħjar. Wara serje ta’ tentattivi lejn il-lasta opposta, Mosta fetħu l-iskor permezz ta’ Christ Ememe wara pass preċiż ta’ Zachary Brincat. Ħames minuti minn tmiem it-tisfira għal tmiem l-ewwel taqsima Balzan dawru r-riżultat favurihom wara li skorjaw darbtejn permezz ta’ Aleksa Andrejic u Milan Duric rispettivament.
It-tieni taqsima kienet ikkaratterizzata minn l-istess tip ta’ logħob, b’Balzan għamluhom tlieta fil-54 minuta wara li Andrejic ħasad lill-goalkeeper b’xutt b’saħħtu minn max-xellug. Balzan komplew jirsistu biex fis-70 minuta r-referee inkarigat saffar għall-penalty wara li Duric deher jiġi mwaqqa fil-kaxxa minn Rafael Morisco. Mill-ħdax-il metru l-istess Duric venven xutt b’saħħtu fir-rokna tax-xibka.
B’hekk Balzan akkwistaw rebħa u tliet punti importanti filwaqt li Mosta komplew bis-serje ta’ riżultati negattivi fl-aħħar logħbiet.
//= $special ?>