Internazzjonali

Approvat il-vaċċin tal-AstraZeneca għall-Ewropej

L-Unjoni Ewropea għadha kemm ikkonfermat li qed tintroduċi l-kontrolli għall-esportazzjoni tal-vaċċini għal kontra l-coronavirus li huma prodotti fl-Istati membri tagħha.

Dan fost tilwima bejn l-Unjoni u l-produtturi tal-vaċċin – b’mod partikulari l-kumpanija AstraZeneca – dwar in-nuqqas attwali fil-provvisti (skont il-ftehim li ntlaħaq qabel dwar id-distribuzzjoni tat-tilqim inkwistjoni.

Il-Kummissjoni qalet li l-protezzjoni u s-sigurtà taċ-ċittadini tagħha jridu jingħataw priorità u li bilfors kellha tieħu din l-azzjoni quddiem l-isfidi diretti u immedjati waqt il-pandemija.

Intant, l-Aġenzija Ewropea li tirregola l-Mediċina għadha kemm approvat l-użu tal-vaċċin tal-AstraZeneca kontra l-Covid-19 għaċ-ċittadini li għandhom minn 18-il sena ‘il fuq u li huma residenti fl-Istati membri kollha tal-UE.

L-approvazzjoni ngħatat fost il-kritika li l-proċess ‘waqa’ lura wisq’ fl-aħħar ġimgħat u xhur u meta kull ġurnata hi urġenti fi żmien meta l-Ewropa qed tirreżisti l-agħar effetti tal-Covid-19.