Coronavirus Internazzjonali Saħħa

Il-vaċċin Belġjan li jingħata darba għandu effettività ta’ 66 fil-mija

Vaċċin għal kontra l-Covid-19 li żviluppatu l-kumpanija Belġjana Janssen għandha effettività ta’ 66 fil-mija.

Intant, il-provi konċentraw fuq sitwazzjoni fejn it-tilqima partikulari tingħata darba biss u għaldaqstant, id-distribuzzjoni — flimkien mall-programmi tat-tilqim — għandhom ikunu naqas ikkumplikati mis-sitwazzjonijiet fejn persuna jkollha titlaqqam darbtejn kontra l-virus.

Huwa wkoll inkorraġanti li ħadd fost in-nies li ħadu t-tilqima sperimentali b’dan il-vaċċin ma mietu jew spiċċaw fi bżonn ta’ trattament mill-isptar. Dan wara li l-effetti tal-vaċċin bdew jirrankaw fin-nies li ħadu sehem fil-provi fuq livell internazzjonali.

Ir-riżultati wkoll qed ikunu mfissra bħala ‘inkoraġġanti’ u meta jonqos l-approvazzjoni għat-tilqima tal-Janssen.

Madankollu hemm ukoll is-sinjali li din it-tilqima hi anqas effettiva kontra l-varjant ġdid tal-coronavirus li qed jinfirex fl-Afrika t’Isfel.