Futbol Sport

Draw bejn Torino u Fiorentina

(Ritratt: EPA)

Torino u Fiorentina ħadu punt kull wieħed fi draw ta’ 1-1. Bl-ewwel taqsima tkun bilanċjata b’numru ta’ okkażjonijiet ta’ skor fuq iż-żewġ naħat, il-partita żvolġiet fit-tieni taqsima bil-Viola jtemmu l-konfront jilgħabu b’għaxar plejers.

Fiorentina ħarġu fuq l-offensiva fit-tieni taqsima u ħasbu li fetħu l-iskor fid-49 minuta meta minn pass tajjeb ta’ Ribery, Vlahovic daħal fil-kaxxa qabel ma kkonkluda għal wara Sirigu, bir-referee jħassar il-gowl għall-offside wara konsultazzjoni mal-VAR. Fiorentina sfaw jilgħabu b’għaxar plejers meta tkeċċa Gaetano Castrovili. Minkejja bi plejer anqas Fiorentina fetħu l-iskor fis-67 minuta meta wara li qabaż plejer FRANCK RIBERY kkonkluda għal 1-0, biex erba’ minuti wara, it-tim ta’ Cesare Prandelli spiċċa jilgħab b’għaxar plejers meta tkeċċa Nikola Milenkovic.

Torino żiedu l-pressjoni u kien fit-88 minuta li ġabu l-iskor indaqs u salvaw punt importanti hekk kif minn cross ta’ Simone Verdi kien ANDREA BELOTTI li kkonkluda għal 1-1.

SERIE A

Illum: Torino v Fiorentina 1-1 Għada: Bologna v Milan 3.00pm, Sampdoria v Juventus 6.00pm, Inter v Benevento 8.45pm Il-Ħadd: Spezia v Udinese 12.30pm, Atalanta v Lazio 3.00pm, Cagliari v Sassuolo 3.00pm, Crotone v Genoa 3.00pm, Napoli v Parma 6.00pm, Roma v Verona 8.45pm