Wara ġimgħat ta’ stennija u wara kritika qawwija għall-wegħda ta’ pakkett ta’ miljun ewro li kellhu jinqasam bejn l-operaturi tal-barijiet kummerċjali, barijiet ta’ kazini u każini varji kollha, issa l-Gvern ħabbar kemm, filfatt, se jkunu intitolati għalih dawn l-istabbilimenti.
Jum wara li l-Gvern ħabbar li dawn l-istess stabbiliment se jibqgħu magħluqin għal xahar ieħor – jiġifieri sal-aħħar ta’ Frar – biex b’kollox ikunu għamlu ħames xhur magħluqin, il-Ministru Clayton Bartolo ħabbar li każini li mhumiex ta’ partiti politiċi se jkunu intitolati jieħdu massimu ta’ €250 għal kull xahar li kienu magħluqa.
Barijiet li jagħmlu parti minn każin huma intitolati għal €370 għal kull xahar filwaqt li barijiet kummerċjali se jkunu intitolati għal massimu ta’ €570.
Għajnuna li qed tkun meqjusa bħala ftit wisq minn operaturi ta’ barijiet u każini li qed ibatu ħafna finanzjarjament.
Madankollu skont Clayton Bartolo, din l-għajnuna hija biżżejjed.
Intant għalkemm il-Gvern ħabbar din l-iskema, ma tax indikazzjoni ta’ meta dawn l-istabbilimenti se jibdew jirċievu dawn il-fondi. Li hu magħruf hu biss li l-applikazzjonijiet huma miftuħa sal-15 ta’ Marzu. Indikazzjoni li allura l-fondi mhux se jibdew jaslu għand l-opearturi qabel dan il-perjodu.
//= $special ?>