Lokali

Ġibjun mill-isbaħ f’Ħal Luqa jingħata ħajja ġdida

Verament struttura impressjonanti ftit metri biss il bogħod mill-mitjar ta’ Ħal Luqa.

Ġibjun li nbena aktar minn mitt sena ilu u li jesa’ aktar minn 45 miljun litru ta’ ilma u li bħalissa qiegħed fil-proċess ta’ manutenzjoni u restawr sabiex ikun jista’  jerġa jibda’ jintuża għall-ħażna tal-ilma f’każ li jkun hemm nuqqas fil-provvista, kif spjegalna Sigmund Galea, wieħed mill-inġiniera li qed jaħdem fuq dan il-proġett.

Dan ix-xogħol qed isir mill-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma, u mistenni jieħu ftit aktar minn sena.

L-istruttura hija waħda sabiħa ferm estetikament,iżda aktar minn hekk issa se tkun qed tiġi utilizzata propju għal dak li oriġinarjmanet inbient għalih aktar minn seklu ilu.