Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima lil raġel ta’ 31 sena minn Ħal Tarxien ħames snin ħabs wara li ammetta li seraq €60 fi flus kontanti u pakkett sigaretti mingħand żewġ żewġ tfajliet f’Ħal Tarxien, mobile ta’ tfajla u xi oġġetti oħra minn Wied il-Għajn. Dawn is-serqiet saru fit-8 ta’ Awwissu li għadda.
Keith Felice li għandu l-vizzju tad-droga ammetta li għall-ħabta tas-1.00pm fi Triq l-Iskola, ġewwa Ħal Tarxien seraq flus kontanti u pakkett sigaretti għad-dannu tat-tfajliet u li ssekwestra tfajla kontra l-volonta tagħha.
Huwa ammetta wkoll li fl-istess ġurnata bejn l-4.00pm u l-4.30pm. fi Triq Dugh, f’Wied il-Għajn seraq mobajr li l-valur tiegħu huwa ta’ mhux aktar minn €2,330 għad-dannu ta’ tfajla oħra u li ssekwestraha.
Felice ammetta wkoll li waqt li kien qed iwettaq reat kellu fil-pusses tiegħu ‘shot gun’, li hija arma projbita, u li sar reċidiv. Fl-għoti tas-sentenza l-Qorti kkunsidrat l-ammissjoni bikrija ta’ Felice u l-kondotta tiegħu.
Il-Qorti ordnat ukoll il-konfiska tax-‘shot gun’, u rabtet lill-ħati b’ordni ta’ protezzjoni għal żmien ħames snin fil-konfront taż-żewġ tfajliet vittmi ta’ sekwestru u garanzija personali ta’ €2,000 għal zmien sena, minn meta il-piena ngħatat.,
Dan billi ma jimmolestax, ma jdejjaqx u ma jingurjax lit-tfajliet. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Mario Xiberras u Joanna Piscopo fejn l-akkużat wara li ma ammettiet meta tressaq fis-sajf li għadda ammetta x-xahar l-ieħor.
//= $special ?>