Il-Partit Nazzjonalista se jkompli jagħti l-proposti tiegħu sabiex pajjiżna joħroġ kemm jista’ jkun malajr minn din il-pandemija.
F’Konferenza tal-aħbarijiet virtwali, il-Kelliem tal-PN dwar is-Saħħa, Stephen Spiteri saħaq li l-Oppożizzjoni qed tagħmel l-għalu tagħha biex tgħin lill-Gvern f’din il-ġlieda.
Spiteri qal li pajjiżna żgur mhux qed jgħix business as usual, u il-bozza l-ħamra għadha hemm.
Hu insista li l-Gvern jeħtieġ jara sew x’qed jiġri bħalissa u x’se jkun qed jiġri biex jevita li s-servizzi tas-saħħa tagħha jikkollassaw taħt pressjoni akbar milli għandu bħalissa, filwaqt li sellem u rringrazzja lill-ħaddiema kollha f’dan il-qasam li bħalissa jinsabu mgħobbija b’ħafna xogħol.
Stephen Spiteri saħaq li mhux xieraq li hemm sezzjoni tas-soċjeta li qed iżomm mal-miżuri, u oħrajn li mhumiex. U dan mhux sew fuq dawk l-atkar vulernabbli.
Maria Deguara, Kelliema tal-Partit Nazzonalista dwar l-Anzjani saħqet fuq il-bżonn li l-Gvern jinforza l-miżuri li ħabbar speċjalment fil-vaganzi li ġejjin.
Hija reġgħet tenniet li l-vaċċin waħdu mhuwiex is-soluzzjoni u fakkret fl-importanza li anke wara li wieħed ikun ħa l-vaċċin, jibqa’ jżomm mal-imżuri ta’ mitigazzjoni sabiex nevitaw li nerġgħu nittraskuraw u nerġgħu naraw żieda fil-każijiet.
//= $special ?>