B’referenza għall-istqarrija tal-PBS, il-Partit Nazzjonalista jistenna li l-PBS jieqaf ikun kompliċi mal-Gvern Laburista u jibda josserva u jirrispetta l-obbligu tiegħu bħala stazzjon nazzjonali li jimxi b’mod imparzjali kif teżiġi l-kostituzzjoni ta’ pajjiżna.
Fl-aħħar snin il-Gvern Laburista biddel lil-istazzjon nazzjonali f’għodda politika partiġġjana u ħa lura l-istazzjon nazzjonal għal żmien Xandir Malta meta kienet titwettaq diskriminazzjoni u ċensura kontinwa kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Partit Nazzjonalista.
Il-Partit Nazzjonalista jħeġġeġ u jiddefendi d-dritt ta’ kull ġurnalist li jistaqsi l-mistoqsijiet kollha li jrid. Fl-istess waqt il-Partit Nazzjonalista jenfasizza l-obbligu tal-istazzjon nazzjonali li ma jiddiskriminax kontra l-Partit Nazzjonalista billi jħalli lill-Gvern Laburista jabbuża mill-professjonalità tal-ġurnalisti tiegħu stess.
//= $special ?>

