Il-programm tal-lejla ‘Replay Preview’, se jkun qed jibda ftit aktar tard mis-soltu, u se jixxandar fl-10pm fuq Net Television. Għal ġimgħa oħra, l-uniku ‘Friday Night Show’ dwar il-futbol Malti fuq it-televiżjoni, se jkun qed jiddiskuti l-partiti skedati għal matul din it-tmiem il-ġimgħa, mid-19-il ġurnata tal-Kampjonat Premier, fejn fost l-oħrajn tispikka l-partita tal-Ħadd fis-2pm, dik bejn Gżira United u Valletta.
Iżda apparti li jkun hemm analiżi qabel jintlagħbu l-konfronti ta’ għada s-Sibt u nhar il-Ħadd li ġej mill-Kampjonat Premier, fil-programm tal-lejla il-Ġimgħa filgħaxija, Christian Micallef u Konrad Sultana se jkunu qed jiddiskutu ukoll r-riżultati tal-partiti li kelna nhar l-Erbgħa li għadda mill-istess Kampjonat. F’nofs din il-ġimgħa, spikkat ir-rebħa tal-leaders Ħamrun Spartans għall-ispejjez tar-rivali antiki, Valletta kif ukoll ir-rebħa konvinċenti li kellhom Hibernians kontra Gudja United. Iżda mhux biss. Nhar l-Erbgħa li għadda kompla jestendi r-ruħu l-mument negattiv taċ-champions Floriana, li b’mod sorprendenti tilfu kontra Lija Athletic.

F’Replay Preview tal-lejla, programm numru ħmistax mis-sitt sena konsekuttiva li llu jixxandar dan il-programm tal-Ġimgħa filgħaxija, se jixxandar servizz speċjali dwar ir-rebħ tal-unur ta’ DOVE l-aqwa save tax-xahar għal Ottubru 2020, li ntrebaħ minn Christian Cassar, gowlkiper ta’ Żejtun Corinthians.
Replay Preview tal-Ġimgħa filgħaxija jixxandar minn studio armat apposta fir-restorant li jinsab is-Saqqajja, Il-Veduta. Għal din il-ġimgħa biss, il-programm tal-lejla jibda fil-10pm fuq Net Television.
//= $special ?>