“It-tilqim jagħtina raġġ ta’ dawl imma sadattant xorta rridu nibqgħu kawti u nżommu n-numri baxxi, hekk biss l-ekonomija u s-soċjetà tista’ tirpilja.“
Dikjarazzjoni ċara mit-Tabiba Natasha Azzopardi Muscat f’intervista li kellha waqt il-programm Net Live – esperta Maltija, li illum hija waħda mid-Diretturi tal-Organizzazzjoni Dinija tas-Saħħa fir-reġjun tal-Ewropa.
Dwar il-herd immunity hija qalet li biex din tinkiseb trid titlaqqam 70% tal-popolazzjoni dinjija, u mhux ta’ pajjiż wieħed biss. Dan għaliex illum il-ġurnata qed ngħixu f’dinja globalizzata fejn isir ħafna moviment bejn pajjiż u ieħor.
Fil-każ ta’ Iżrael, fejn il-tilqim miexi ġmielu, hemm nies li issa qed jillaxkaw fejn jidhlu l-miżuri … u dan mhux jawgura tajjeb. Tant li l-Izraeljani kellhom żieda fin-numri ta’ każi.
Natasha Azzopardi Muacat qalet li hija fin-natura tal-bniedem li wara dawn ix-xhur kollha li ilu għaddej minn sagrifiċċji kbar, ikollu ġenn biex jerġa’ jirritorna għan-normal, iżda huwa f’dan il-punt fejn irridu nkunu kawti.
“Aħna ilna mill-Easter li għadda ngħidu li biex tiftaħ, trid tiftaħ pass pass b’mod meqjus u bilmod għaliex inkella s-sagrifiċċju kollu li tkun għamilt meta inti tkun għalaqt ħa terġa’ titilfu u terġa’ tiġi lura fejn kont.”
Azzopardi Muscat uriet ukoll it-tħassib tagħha dwar il-varjant il-ġdid tar-Renju Unit.
“Jista’ jkun ukoll li kemmxejn aktar sever, jiġifieri jkollok aktr riskju li tispiċċa l-isptar jew tmut. Bħala WHO inkwetati għax xorta rridu noqogħdu attent li dan il-varjant it runs wild.“
Hija reġgħet tenniet l-appell tagħha biex kulħadd jibqa’ kawt u jkun responsabbli.
Dwar it-tilqim għal kontra l-COVID, it-Tabiba Azzopardi qalet li r-rata ta’ infezzjoni f’min diġà ħa t-tilqima niżlet…. u dan jawgura tajjeb sabiex ikomplu bil-ġlieda kontra dan il-virus.
Hija qalet li fil-każ ta’ Malta, il-fatt li pajiżna huwa membru tal-Unjoni Ewropea kien strumentali ferm biex akkwistajna dawn it-tilqim.
//= $special ?>