Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, iddikjarat li għadu mhux il-mument li l-awtoritajiet lokali jippermettu r-ritorn tal-partitarji fl-istadiums lokali. Mistoqsija waqt il-bulettin mediku li wasslet aktar kmieni illum, hi ma qablitx mal-proposta li ssir prova b’numru limitat ħafna ta’ partitarji li jirritornaw fl-istadium.
Gauci qalet li l-awtoritajiet l-ewwel iridu jaraw x’se jkunu r-riżultati tal-programm ta’ tilqim f’Malta qabel tittieħed deċiżjoni dwar jekk hux sigur li l-partitarji jitħallew jattendu għal-logħob tal-futbol mill-ġdid.
Hi appellat ukoll lill-partitarji ta’ Ħamrun Spartans li iktar kmieni din il-ġimgħa ċċelebraw b’mod spontanju fil-Ħamrun, biex jirrikorru għat-test tal-COVID-19 jekk iħossu xi sintomi.
//= $special ?>