Lokali

Mhux meħtieġa li ssir elezzjoni fil-lokalità ta’ Tas-Sliema

Dawk li rtiraw in-nomina tagħhom se jibqgħu jaħdmu fi ħdan il-Partit Nazzjonalista

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li wara l-iżviluppi tal-lum fejn numru ta’ kandidati iritiraw in-nomina tagħhom għall-kumitat sezzjonali ta’ Tas-Sliema, ħadet nota li dawk li rtiraw se jibqgħu jaħdmu fi ħdan il-Partit Nazzjonalista minbarra fil-Kumitat Sezzjonali.

Għalhekk il-Kummissjoni Elettorali tavża li għada fil-lokalità ta’ Tas-Sliema mhux se tinżamm elezzjoni.

Fi stqarrija, Peter Fenech, Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista rringrazzja lil dawk lkollha li rtirarw in-nomina tagħhom u awguralhom aktar ħidma fi ħdan il-PN.

Fl-istess waqt il-Kummissjoni tawgura lill-membri eletti fil-kumitat sezzjonali ta’ Tas-Sliema ħidma siewja favur il-Partit Nazzjonalista.