Mil-lejla jitkompla l-Kampjonat BOV Premier bit-18 –il ġuranta fejn jispikka l-konfront tal-Ħadd bejn Gżira United u Valletta. Gżira għaddejjijn minn forma tajba u se jkunu qed ifittxu rebħa biex iżommu l-pass mat-timijiet tan-naħa ta’fuq tal-klassifika. Bil-kuntrarju, Valletta għaddejijn minn mument pjuttost negattiv fejn wara t-telfa ta’ fost il-ġimgħa kontra Ħamrun Spartans se jkunu qed ifittxu li jirritornaw għar-rebħ.
Il-leaders Ħamrun m’għandhom ifallu meta jilgħabu kontra t-tim tal-qiegħ Senglea Atheltic filwaqt li Hibernians li jinsabu fit-tieni post, se jkunu qed ifittxu li jżommu l-pass ma’ Ħamrun meta jilgħabu fid-derby kontra Tarxien Rainbows.
Floriana imisshom konfront dirett ieħor kontra Sirens fejn wara s-serje ta’ riżultati negattivi u wara t-telfa sorpriża kontra Lija Atheltic se jkunu qed ifittxu li jiksbu rebħa bil-biża li jkunu relegati tkompli tikber.
Wara l-problemi interni fil-klabb ta’ Sliema Wanderers, illejla jilgħabu kontra Santa Lucia, tim li għaddej minn forma tajba bl-aħħar riżultat tagħhom ikun draw ta’ 2-2 kontra Ħamrun.
Birkirkara jilgħabu kontra Lija, b’ Lija jinżlu għal din il-partita b’moral għoli wara r-rebħa kontra ċ-champions Floriana. L-istess nistgħu ngħidu għal Birkirkara libħalissa huma wieħed mill-aktar timijiet li jinsabu fil-forma fil-kampjonat.
KAMPJONAT BOV PREMIER
Illum: Centenary Stadium: Balzan v Mosta 5.00pm, Santa Lucia v Sliema W. 9.00pm Għada: Hibernians Stadium: Hibernians v Tarxien R. 2.00pm, Gudja U. v Żejtun C. 6.00pm Stadium Nazzjonali: Sirens v Floriana 2.00pm, Senglea A v Ħamrun S. 6.00pm Il-Ħadd: Stadium Nazzjonali: Gżira U. v Valletta 2.00pm, Birkirkara v Lija A. 6.00pm
//= $special ?>