Il-Ministru tal-Enerġija Miriam Dalli stqarret ma’ Net News li l-Awditur Ġenerali għamel analizi tal-flus li ntefqu fl-aħħar xhur għall-produzzjoni tal-enerġija u kkonfermat li l-istess awditur jinsab imħasseb. U issa, qed ifittex soluzzjonijiet li jagħmlu ‘aktar sens finanzjarju’ minn dawk mitefhma fid-deal tal-Elecgtrogas.
Din l-ammissjoni tal-Ministru tasal wara li din il-ġimgħa stess waqt laqgħa tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi li ffukat fuq id-deal tal-Electrogas, kompliet id-diskussjoni dwar dan il-ftehim kontroversjali,li fir-rapport tiegħu l-Awditur Ġenerali jghid li ssarraf f’nefqa ta’ €10 miljuni zejda minn flus il-poplu, li setgħu ġew frankati fil-kontijiet.
Fir-rapport tiegħu l-Awditur qal li li l-ħaddiem Malti spiċċa jagħmel tajjeb minn butu għal ħlas żejjed ta’ €50 fuq kull megawatt hour, minħabba l-ftehim li għamel il-Gvern, u li fih intrabat li jixtri mill-Electrogas flok mill-interconnector.
Intant wara li staqsejna lil Miriam Dalli dwar proġett li ġie deskritt bħala monument tal-korruzzjoni tal-Gvern Laburista, pruvajna nistaqsuha wkoll dwar iċ-ċertifikat ta’ korruzzjoni li ħa l-Gvern Malti fl-aħħar jiem minn Trasnpareny International, fejn kiseb l-agħar riżultat fl-indiċi tal-korruzzjoni minn kemm ilu jsir dan ir-rapport.
Iżda, skomda twieġeb dwar dan, Miriam Dalli ħarbet mill-mistoqsija għal darba darbtejn.
//= $special ?>