L-aħħar stħarriġ li sar mill-Awtorita tax-Xandir wera li l-istazzjon tar-radju NET FM żied l-udjenzi tiegħu. Dan hekk kif issa dan l-istazzjon kompla jissahhah fost l-aktar frekwenzi popolari f’pajjizna.
L-iktar programmi segwiti fuq NET FM huma Club 101 ippreżentat minn Eileen Montesin li jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fin-nofstanhar ta’ filgħodu.
Wara, dawk intervistati fl-istharrig tal-Awtorita tax-Xandir, semmew il-programmi ‘Ngħiduha kif Inhi’ ta’ Indri Attard li jixxandar kuljum wara l-aħbarijiet tas-sitta …..kif ukoll Net Rush Hour, il-breakfast show ta’ NET FM ippreżentat minn Mireille Bonello u Sergio Carbonaro.
Net News jibqa’ l-aktar li jattira udjenza fuq Net Television. Dan filwaqt li l-aktar programm segwit huwa Net Live… programm ta’ diskussjoni li jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa wara l-aħbariijiet tas-6 ippreżentat Robert Cremona.
Isegwu d-drama Fattigi u Dejjem Tiegħek Becky. Il-programm Family Affairs ukoll għandu udjenza tajba, b’Eileen Montesin u l-familja tagħha jżommu l-appuntament tagħhom mat-telespettaturi ta’ Net Television is-Sibt waranofsinhar.
//= $special ?>
