Id-dimostranti fil-Libanu infexxew f’sensiela ta’ azzjonijiet vjolenti waqt ir-raba’ jum ta’ protesti dwar il-miżuri stretti li qed ikunu imposti b’konsegwenza tal-coronavirus.
Intant, id-dimostranti spiċċaw jagħtu n-nar lil bini tal-Gvern fil-belt ta’ Tripoli, b’aktar minn 100 persuna jispiċċaw midruba fost il-konfronti mal-qawwiet tas-sigurtà li damu għaddejjin is-sigħat, matul il-lejl tal-Ħamis.
Id-dimostranti anki attendew bi ħġarhom għall-funeral ta’ raġel li nqatel b’tir ta’ arma waqt li kien preżenti għal waħda mill-protesti tal-aħħar jiem.
Il-kriżi, intant, qed tikber wara li l-awtoritajiet Lebaniżi imponew curfew totali, dan ix-xahar, bil-għan li jwaqqfu l-ispinta fl-infezzjonijiet bil-Covid-19.
In-nies huma projbiti milli jħallu djahrom dment li ma jkunux ħaddiema essenzjali fid-diversi setturi. Fl-isstess ħin, ħafna Lebaniżi spiċċaw mingħajr mezz ta’ introjtu f’pajjiż fejn terz mill-ħaddiema jinsabu mingħajr xogħol.
//= $special ?>