Raġel Serb ittieħed b’urġenza l-isptar Mater Dei wara li waqa’ minn fuq ċint u ġie f’wied.
L-inċident seħħ ftit qabel l-4.00pm, bil-Pulizija tiġi nfurmata ftit wara li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha minħabba li kien weġġa’ raġel.
L-inċident seħħ fil-limiti tal-wied fi Triq Birkirkara, San Ġiljan,
Il-Pulizija marret minnufih fil-post fejn sabet li s-Serbkien sofra xi ġrieħi wara li waqa’ minn fuq ċint.
Fil-post issejjaħ ukoll tim mediku u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li taw l-ewwel għajnuna. Ambulanza ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>