Futbol Sport

Sliema jirritornaw għar-rebħ, b’gowl lejn it-tmiem

(Ritratt: Domenic Aquilina/ MFA)

Santa Lucia……………….0

Sliema W……………………..1

Santa Lucia: M. Montfort, T. Tabone Desira, A. Prates, K. Correia, A. Magri Overend (M. Camilleri 63’), A. Da Silva Souza, K. Ante Rosero, L. Filho, J. Zerafa, A. Caseres, R. Tachikawa

Sliema W.: J. Galea, A. Satariano, K. Shaw, A. Milesi, J. Mintoff, G. Da Silva, J. Cisotti, E. Agius, G. Aquilina (M. Sansone 83’), J. Farrugia (M. Beerman 24’), D. Vukovic

Referee: M. De Gabriele

Assistenti referees: D. Spencer, D. Stankovic

Sliema kisbu tliet punti importanti u waqqfu l-mixja pożittiva ta’ Santa Lucia meta għelbuhom 1-0 b’xejn b’gowl lejn it-tmiem ta’ Alexander Satariano. L-ewwel azzjoni perikoluża tal-partita waslet mat-tmien minuta meta x-xutt mid-distanza ta’ Alan Da Silva Souza għadda ftit barra mil-lasti ta’ Galea. Ftit tal-minuti wara, Sliema kienu perikolużi permezz ta’ freekick tajjeb mogħti fil-kaxxa minn Gilmar, bil-plejer ta’ Sliema jonqsu milli japprofittaw. Sliema kellhom opportunità tajba li jiftħu l-iskor meta Gilmar seraq ballun tajjeb f’nofs il-grawnd u qssam lejn Jean Paul Farrugia fejn wara li avvanza fil-kaxxa sab lil Andre Prates li b’daħla preċiża tefa’ f’corner. Fit-tieni taqsima l-logħob baqa’ bilanċjat u fil-50 minuta Santa Lucia resqu viċin li jiftħu l-iskor meta minn corner dirett ta’ Luiz Filhom l-ballun ħabat mal-mimduda.

Fil-55 minuta, Santa Lucia għal darb’oħra perikolużi meta minn throw-in mogħti b’mod veloċi, Alan Da Silva Souza tefa’ cross fil-kaxxa fejn sab lil Ante Rosero li ra x-xutt tiegħu jkun salvat minn Jake Galea. Santa Lucia għal darb’oħra viċin li jiftħu l-iskor fid-69 minuta, meta minn pass fit-tul li qabeż lid-difiża Slimiża, il-ballun wasal għand Alan Da Silva Souza li wara li daħal fil-kaxxa kkonkluda fil-baxx, bil-gowlkiper Slimiż imattar saqajh biex dawwar f’corner. Fid-79 minuta, Sliema sfaw jilgħabu b’għaxar plejers wara li John Mintoff deher jirritralja fil-konfront ta’ plejer avversarju, bir-referee joħroġ il-karta l-ħamra fil-konfront ta’ Mintoff.

Minkejja bi plejer inqas, Sliema fetħu l-iskor fis-86 minuta meta d-difiża ta’ Santa Lucia naqset milli tbiegħed il-periklu minn freekick minn fuq il-lemin, b’ALEXANDER SATARIANO jkun l-ewwel fuq il-ballun u b’konklużjoni fil-baxx għeleb lil Montfort għal 1-0.