Wara li Charlene Farrugia ġiet irrappurtata nieqsa fis-6 ta’ Novembru 2008, is-sezzjoni tal-Vice Squad bdiet mill-ewwel tagħmel it-tfittxijiet tagħha għaliha u kienet inkluża fil-lista ta’ persuni rrappurtati nieqsa. Minkejja li saru l-investigazzjonijiet neċċessarji għas-sejbien tagħha b’modi differenti ir-riżultat kien wieħed negattiv.
Dan ħareġ mix-xhieda tas-Supretendent Raymond Aquilina li dak iż-żmien kien stazzjonat il-Vice Squad. Quddiem il-Maġistrat Marsanne Farrugia kompliet il-kumpilazzjoni fil-każ ta’ John Paul Woods ta’ 40 sena, li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Charlene Farrugia u li ħeba l-kadavru tagħha, li nstab mqatta biċċiet f’daħla f’sur fil-Belt Valletta, taħt il-lukanda Phoenicia.
Aquilina qal li minn tfittxijiet li saru biex tinstab Farrugia, saru investigazzjoni elaborati, anke biex ikun magħruf ukoll jekk hija kinitx telqet minn Malta.
Qal li ir-rapport li kienet nieqsa sar minn ċerta Abigail Tanti, li tiġi oħt ċertu Jonathan Attard li kien għamel perjodu joħroġ ma’ Charlene Farrugia, li meta nqatlet kellha 25 sena u kienet taħdem bħala Carer.
Sadanittant kompla jgħid Aquilina,fi Frar tal-2009, il-Pulizija rċiviet ittra anonima li kienet tgħid li l-vittma xi drabi kienet f’ relazzjoni ma’ persuni ta’ nazzjonalita Marokkina, bl-investigazzjonijiet isiru fuq dan il-binarju.
Madankollu rriżulta li dawn il-Marokkini ma kienux għadhom Malta u minkejja l-isforzi kollha tal-Pulizija, t-tfajla baqgħet ma nstabitx. L-Ispettur James Grech diġa’ qal fil-Qorti li l-investigazzjonijiet għal Farrugia bdew fid-19 ta’ Lulju 2019, u dan meta Woods kien arrestat fuq hold up li wettaq fil-Gżira.
Woods kien spiċċa l-isptar wara li kien weġġa fil-hold-up u kien talab li jkellem Pulizija għax ried jistqarr li qatel tfajla. Dan kien seħħ permezz tal-Kuntistabbli Joseph Farrugia, li kien xogħol Mater Dei u li fis-7.30pm kienu ċemplulu mis-sala ENT.
Min kellmu kien qallu li kien hemm raġel li ried jammetti li qatel lil xi ħadd. Farrugia mill-ewwel ċempel l-Għassa tas-Sliema dwar dan u l-Ispettur Jonathan Ransley qallu li kien se jieħu ħsieb hu. Il-Kuntistabbli qal li ma kienx kellem lil persuna li riedet tammetti li wettqet omiċidju.
Woods ammetta mal-Pulizija li qatel lil tfajla li skont hu kienet toqgħod mas-sieħeb tagħha f’San Pawl il-Baħar. Qal lill-Pulizija li qatel lit-tfajla b’daqqa ta’ sikkina u bil-ponta u fgaha billi żammilha ħalqha b’idejh.
Kien tenna wkoll li f’’Novembru tal-2008 li beda jirċievi lmenti mill-ġirien dwar riħa tinten fil-flat fejn seħħ id-delitt f’San Pawl il-Baħar. Woods iddeċieda li jqatta’ l-ġisem f’partijiet żgħar u poġġihom fi xkejjer.
Woods ammetta wkoll mal-Pulizija li qatta’ l-parti tan-nofs tal-katavru tat-tfajla f’erba’ biċċiet, tefa’ ġo fihom taħlita ta’ siment, u r-ras u s-saqajn poġġiehom fi xkora u ħbiehom il-Furjana. Woods qal li ġarr il-katavru bil-karozza tal-vittma stess.
Woods li twieled ir-Renju Unit kien ammetta li wettaq il-hold-up fil-Gżira u ġie kundannat mill-Qorti seba’ snin ħabs wara li hedded impjegat tal-ħanut u rreżista l-arrest.. Għal Woods qed tidher l-Avukat Roberta Bonello filwaqt li l-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur James Grech.
Għall-familjati tal-vittma qed jidhru l-Avukati Mario Mifsud u Chris Camilleri. Il-kumpilazzjoni se tkompli bil-kontro-eżami tas-Supretendent Raymond Aquilina fil-11 ta’ Marzu li ġej fil-11.00am
//= $special ?>