Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Vittma oħra tal-pandemija – 136 każ ġdid

Huma 136 il-każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna li ġew irreġistrati bejn l-Ġimgħa u s-Sibt.

Din iċ-ċifra ttella’ għal 17,721 in-numru totali ta’ persuni li ħadu l-virus f’Malta sa mill-bidu tal-firxa tal-pandemija fil-Gżejjer Maltin.

Fl-istess perjodu ta’ ħin fiequ 149 persuna biex issa huma 14,775 dawk il-persuni li fiequ.

Dan kollu tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa, fejn ġie mħabbar ukoll li fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra fatalità oħra tal-pandemija – raġel ta’ 85 sena li tilef ħajtu fl-Isptar Mater Dei. Sabiex l-ammont totali ta’ vittmi tal-Covid-19 f’pajjiżna issa żdiedu għal 265….17-il fatalità fl-aħħar tminnt ijiem.

B’hekk, il-każi attivi issa jammontaw għal 2,681

Dan filwaqt li tul il-jum tal-Ġimgħa ngħataw 1,142 vaċċin – b.451 jingħataw t-tieni doża.