Futbol Sport

Gowl fl-ewwel taqsima ta’ Mbong ikun biżżejjed għall-Ispartans

(Ritratt: Joe Borg/MFA)

Rowen Camilleri

SENGLEA A…………0

ĦAMRUN S………….1

Senglea A. : M. Farrugia, S. Uyi, Z. Cassar, A. Abela (S. Buhagiar 67’), F. Gnindokponou (D. Xuereb 67’), D. Fava, J. Tanti (W. Gomes 57’), C. Riascos, A. Scicluna (D. Abela 80’), J. Dibola, D. Kukic

Ħamrun S: E. Bartolo, D. Gojkovic, J. Mbong, J. Soares (D. Borg 93’), F. Sasere (S. Doumbia 63’), I. Adeshina (C. Borg 70’), V. Serrano, J. Corbalan, P. Djordjevic, K. Micallef, E. Marcelina

Imwissija: S. Uyi 90’(S)

Skorjaw: J. Mbong 27’ (Ħ)

Referee: Alex Johnson

Assistenti Referees: Luke Portelli u Mitchell Scerri 

Il-Mument Plejer tal-logħba: Joseph Mbong (Ħamrun Spartans) 

BOV Plejer tal-logħba: Joseph Mbong (Ħamrun Spartans)

Ħamrun Spartans irreġistraw it-tieni rebħa konsekuttiva fi tliet ijiem meta fit-tieni partita mill-Istadium Nazzjonali għelbu lil Senglea Athletic bl-iskor ta’ 1-0. Għalkemm kisbu l-punti massimi minn dan il-konfront, il-leaders tal-kampjonat Ħamrun ma’ mpressjonawx fil-logħob tagħhom filwaqt li Senglea kienu organizzati iżda naqqsu milli jknu perikolużi lejn il-lasti ta’ Bartolo.

Senglea ħarġu fuq l-attakk u wara żewġ minuti Jan Tanti minn azzjoni personali prova xutt minn tarf il-kaxxa li għadda ftit barra. Fis 7 minuta minn kross ta’ Mbong, Sasere bir ras tefa’ għoli. Fl-20 minuta Sasere u Soares bidlu l-ballun f’tarf il-kaxxa iżda x-xutt b’saħħtu ta’ Ailton Soares għadda għoli. L-Ispartans fetħu l-iskor fis-27 minuta meta Soares tefa kross fil-kaxxa ż-żgħira u JOSEPH MBONG bir-ras minn quddiem Matthew Farrugia tefa’ ġewwa. Għalkemm Senglea baqgħu jidhru organizzati matul l-ewwel taqsima, Ħamrun komplew jattakkaw u fit-43 minuta is-solitu Jorge Soares irnexxielu jidħol fil-kaxxa u qassam lejn Predrag Djordjevic li x-xutt mill-ewwel tas-Serb ġie milqugħ b’ diffikultà minn Farrugia.

L-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima waslet wara sigħa logħob mill-Ispartans meta minn azzjoni personali Djordjevic ittanta xortieħ minn barra l-kaxxa iżda l-ballun għadda għoli. Fit-62 minuta Senglea kellhom azzjoni rari lejn il-lasti ta’ Ħamrun meta Junior Dibola ra’d-daqqa ta’ ras tiegħu tmur barra. Il-logħba kienet għal ħinijiet twal nieqsa minn azzjonijiet u fid-89 minuta free-kick dirett ta’ Kukic għal Senglea għadda ftit għoli. Ir-riżultat baqa’ ma’ nbiddilx u Ħamrun ħarġu mill-ground bi tliet punti oħra.