Sport

Ħallelin jidħlu jisirqu mid-dar ta’ McKennie waqt Juventus-SPAL

Sorpriża kerha għall-plejer ta’ Juventus, Weston McKennie. Dan wara li fl-istess waqt li kien qiegħed jilgħab fil-kwarti tal-finali tal-Coppa Italia bejn il-Bianconeri u SPAL, l-Erbgħa filgħaxija, xi ħallelin spiċċaw daħlulu fir-residenza tiegħu.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-ħallelin daħlu fil-villa tal-Amerikan, f’Turin fejn serqulu numru ta’ żraben u ħwejjeġ tad-ditta – bil-valur misruq s’issa għadu mhux stabbilit.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-ħallelin saħansitra studjaw bir-reqqa r-rutina tal-ġirien – bis-suspettati jidħlu fir-residenza tal-midfielder Juventin mit-tieqa tal-kamra tal-banju mingħajr ma ġibdu lejhom suspetti.

Filwaqt li l-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet meħtieġa – jidher li McKennie nduna li serquh l-għada filgħodu.