Lokali

“Il-korruzzjoni hija ‘perċezzjoni tan-nies'” – Michael Farrugia

Skont il-Ministru Michael Farrugia, il-korruzzjoni hi perċezzjoni tan-nies u l-media qed tinfluwenza din il-perċezzjoni.

Hekk qalilna meta staqsejnih dwar ir-rapport ta’ Trasnparency International li jgħid li l-Gvern Malti mmexxi minn Robert Abela ġab l-agħar riżultata minn kemm ilhom jagħmlu l-indiċi tal-gvernijiet fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni minn din l-aġenzija.

Pruvajna nistaqsu lill-Ministru jekk jafx eżatt f’liema pożizzjoni tpoġġa l-Gvern Malti fejn tidħol il-ħidma kontra l-korruzzjoni f’pajjiżna mill-aġenzija internazzjonali Trasparency International, iżda l-Ministru deher li ma kellux idea dwar ir-riżultat ta’ dan ir-rapport.

Ministru ieħor li m’għandux idea li l-Gvern Malti niżel fit-52 pożizzjoni fil-ġlieda kontra l-firxa tal-korruzzjoni – pożizzjoni li l-Gvern Malti qed jaqsam mal-mexxejja tal-Arabja Sawdija – fejn ġie assassinat il-ġurnalist Jamal Khashoggi, kritiku aħrax tal-Prinċep tal-pajjiż.

Sadanittant. fil-ferneżija tiegħu biex jipprova jirridikola dan ir-rapport, il-Ministru Farrugia saħansitra qal li l-organizzazzjoni Repubblika tagħmel parti minn Transparency International, dettal li hu għalkollox skorrett.