Futbol Sport

Is-South End Core b’talba għal-laqgħa mal-awtoritajiet

Fl-aħħar sigħat is-South End Core kitbu b’mod uffiċjali sabiex mill-aktar fis ikollhom laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela, id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci, is-Segretarju Parlamentari għal Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji Dr.Clifton Grima u l-Malta Football Association.

Din it-talba qed issir wara li l-bieraħ il-Professur tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci waqt il-bulettin mediku ta’ kull ġimgħa qalet: “Hemm diġa protokol mediku maqbul mal-MFA biex ikun jista’ jintlagħbu l-logħob talleague u għalissa qegħdin f’sitwazzjoni li m’għandux ikun hemm spectators sakemm jaraw l-impatt tal-vaccinations.”

Is-South End Core b’reazzjoni għal dan talbu laqgħa fejn ħarġu numru ta’ punti li jixtiequ li jkunu diskussi;

  1. Indoor gatherings ġo restaurants li bħalissa qegħdin jaċċettaw sa massimu ta’ 6 jew 10 fuq mejda, li maġġoranza jkunu mixed households, hu aktar safe minn stadium miftuħ bil-partitarji seated u kull house hold ikun ġol-bubble tiegħu billi jpoġġu flimkien.
  2. Indoor events, bħal shows ġewwa t-Teatru Manoel, hu aktar safe minn Stadium open air li ser jintuża biss 10% tal-occupancy tiegħu.
  3. Indoor bars li għandom liċenzja ta’ restaurant u ilhom tul il-pandemija kollha jibqu miftuħin aktar mis-2 ta’ filgħodu hu aktar safe minn logħba football li tieħu sija u nofs biex tintlagħab.
  4. Attivitajiet politiċi li qegħdin isiru fil-pjazzez tar-raħal fejn fuq it-televiżjoni nuru biss dawk li huma bilqegħda u mbegħdin u ma nurux in-nies ħdejn xulxin mal-barriers ma’ jzommux id-distanza bejniethom.