Meta pajjiż jiċċappas bit-timbru tal-korruzzjoni huwa diffiċli ferm li jnaddaf ismu.
Qal dan l-opinjonista politiku Michael Falzon meta kien mistieden fuq il-programm Net Live.
DAN BĦAL META BĦAL META NWAQQA’ Ż-ŻALZA FUQ IL-QMIS U L-MARA TGĦIDLI TAF KEMM IRRID INDUM BIEX INNEĦĦIHA. IL-KORRUZZJONI L-ISTESS. MALAJR BIEX TIEĦU FAMA LI INT KORROTT, IMMA MBAGĦAD BIEX TNEĦĦI T-TEBGĦA TRID IT-TUL
Id-diskussjoni nibtet mir-rapport ta’ Transparencu International li din il-ġimgħa poġġa lill-Gvern ta’ Robert Abela fl-agħar pożizzjoni minn kemm ilhom iżommu l-indiċi tal-korruzzjoni.
Tul din id-diskussjoni, opinjonista ieħor, Gejtu Vella, ddeskriva dan ir-riżultat bħala wieħed negattiv għall-Gvern u għall-Prim Ministru.
DAN HUWA RIŻULTAT IEĦOR NEGATTIV GĦALL-GVERN U GĦAL ROBERT ABELA BĦALA PRIM MINISTRU. DAN MHUWIEX INDIĊI LI NAGĦMLU BEJNIETNA. DAN INDIĊI LI JSIR FUQ LIVELL INTERNAZZJONALI, MHUX RAPPORT LI NAGĦMLUH BEJNIETNA U NGĦID U IJA
Huwa saħaq li s-sitwazzjoni titlob azzjoni urġenti…u li rridu naħdmu flimkien biex intejjbu l-pożizzjoni ta’ pajjiżna.
SE NAĦDMU FLIMKIEN BIS-SERJET,A U NIRRANĠAW IR-REPUTAZZJONI TAL-PAJJIŻ? GĦAX JEKK MA NIRRANĠAWHIEX ILLUM, WARA L-PANDEMIJA MHUX SE NITILQU NIĠRU. LANQAS NIMXU MA NAFU GĦADNA
Gejtu Vella qal li f’sena Robert Abela ma għamel xejn biex isewwi l-ħsara li saret bil-ftehim tal-Electrogas u tal-isptarijiet.
L-UFFIĊJUTAL -AWDITUR ĠENERALI LI QAL ĊAR LI KIEN HEMM ABBUŻI FUQ IŻ-ŻEWĠ KUNTRATTI TAL-ELECTROGAS U TAL-ISPTARIJIET L-GVERN RAQAD. ROBERT ABELA F’SENA MA GĦAMEL XEJN. U ALLURA MHUX BIR-RAĠUN LI AKKWISTAJNA PERĊEZZJONI ĦAZINA FUQ LIVELL INTERNAZZJONALI?
Minn naħa tiegħu… Michael Falzon ittimbra d-deal tal-isptarijiet bħala wieħed djaboliku.
HEMM PROBLEMI KBAR GĦAX DAK IL-KUNTRATT HUWA DJABOLIKU. BIEX JOĦROĠ MINNU L-GVERN GĦANDU PROBLEMI KBAR
Michael Falzon ikkritika l-mod kif diversi Ministri tal-Gvern qed jippruvaw ixejnu dan ir-rapport… fosthom il-mod kif il-Ministru Evarist Bartolo qal li Transparency International qed tkun bully ma’ pajjiżna.
DIN TRANSPARENCY INTERNATIONAL ALLURA QED TIBBULIJA LIL DAWN IL-PAJJIŻI KOLLHA? DIN LI L-MINISTRU JILGĦAB IL-VICTIM CARD LANQAS LIL EVARISTA BARTOLO MA TIXRAQLUX
Hu emfasizza wkoll l-importanza li għandha l-perċezzjoni tan-nies għal dik li hi r-reputazzjoni ta’ pajjiż…għaliex id-deċizjoni dwar jekk wieħed jagħmilx investiment tittieħed fuq din il-perċezzjoni.
IL-PERĊEZZJONI WARA KOLLOX LI TIDDEĊIEDI X’TAGĦMEL INTI JEW MA TAGĦMILX. JEKK TINVESTIX F’MALTA JEW LE. XI MINN DAQQIET IL-PERĊEZZJONI AKTAR IMPORTANTI MILL-VERITÀ
Intant għall-mod kif diversi Ministri din il-ġimgħa ħarbu mill-mistoqsijiet ta’ Net News, Gejtu Vella staqsa x’tip ta’ Ministri għandna jekk mhumiex kapaċi jwieġbu l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti.
//= $special ?>