Il-Ġimgħa, Malta post nedew set ta’ 3 bolol bħala rikonoxximent lill-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa – b’wirja ta’ apprezzament lill-carers, infermiera, tobba, u frontliners li tul dawn l-aħħar xhur wettqu sagrifiċċji liema bħalhom fil-ġlieda kontra l-firxa tal-pandemija. tal-Covid-19.
Il-bolol ser ikunu qed jinħarġu f’folji ta’ għaxra, b’kull bolla għandha d-daqs 44mm x 31mm, b’perforazzjoni ta’ 14.0 x 13.9 u għandha watermark bis-salib ta’ Malta. Kull folja hija ta’ daqs 118mm x 185mm.
Il-bolol kollha tas-sett għandhom valur ta’ €0.30 u l-ħarġa tikkonsisti f’nofs miljun bolla, bis-sett iddisinjat mill-MaltaPost.
Żewġ bolli mis-sett huma meħudin minn pitturi ta’ Madeleine Gera u oħra ta’ Andrew Micallef.
Filwaqt li din il-ħarġa filatelika se tkun għall-bejgħ mill-fergħat postali f’ Malta u Għawdex l-ordnijiet jistgħu jsiru wkoll onlajn hawn jew bil-posta mill-Philatelic Bureau, MaltaPost p.l.c. 305, Triq Ħal Qormi, Marsa, MTP 1001 -Telephone 2596 1740 jew e-mail.