Sport Sport Ieħor

Massimu ta’ 30,000 spettatur se jitħallew jidħlu għall-partiti tal-Open tal-Awstralja

Il-Ministru tal-Isport tal-Awstralja, Martin Pakula ħabbar li għall-Open tal-Awstralja se jitħallew jidħlu sa massimu ta’ 30,000 persuna kuljum u se jkunu maqsumin fis-sessjonijiet ta’ filgħodu u filgħaxija.

L-Open tal- Awstralja se jibda fit-8 ta’ Frar u jispiċċa fil-21 ta’ Frar, b’Pakula jgħid li fl-14 -il ġurnata li se jkun għaddej l-Open tal-Awstralja se jkun hemm 390,000 persuna f’Melbourne Park, in-nofs tal-persuni li kien ikun hemm fis-snin passati.

Bosta tennisti bdew jitħarrġu hekk kif għaddilhom il-perjodu ta’ kwarantina mal-wasla tagħhom fl-Awstralja fejn matul dan ix-xahar aktar minn 1,700 tennista u staff kellhom iqattgħu perjodu fi kwarantina.