Għax staqsejnih mistoqsijiet fuq it-tema tal-korruzzjoni f’pajjiżna, il-Ministru Michael Farrugia rrifjuta kategorikament li jwieġeb mistoqsijiet importanti dwar l-anzjani, li hu politikament responsabbli minnhom.
Lill-Ministru Farrugia ridna nistaqssuh informazzjoni importanti dwar is-sitwazzjoni tal-Covid u t-tilqim fost l-anzjani.
Ridna nistaquh ukoll kemm huma l-anzjani li tlaqqmu mill-bidu tal-proċess s’issa.
Ridna nistaqsuh kemm minnhom ħadu ż-żewġ dożi tal-vaċċin. U anke kemm hemm l-anzjani li huma pożittivi għall-Covid-19 fid-djar tal-anzjani.
Iżda Michael Farrugia jidher li ma kienx komdu jwieġeb il-mistoqsijiet li hu – bħala Ministru – hu obbligat iwieġeb. Minflok, qal biss li kellna ċ-ċans u baqa’ jaħrab milli jwieġeb, minkejja li suppost hu d-dmir tiegħu li jagħmel dan.
//= $special ?>