Futbol Sport

Rebħiet għat-timijiet minn Milan

(Ritratt: EPA)

Milan se jibqgħu fil-quċċata tal-klassifika għal ġimgħa oħra hekk kif barra minn darhom għelbu lil Bologna 2-1. Milan marru fil-vantaġġ fis-26 minuta meta wara li penalty ta’ Zlatan Ibrahimovic kien salvat minn Skorupski, kien ANTE REBIC li kien l-ewwel fuq il-ballun u xeħet għal ġewwa mill-viċin. Milan irduppjaw fil-55 minuta permezz ta’ penalty skorja minn FRANCK KESSIE. Bologna daħlu fil-partita fil-81 minuta b’gowl ta’ ANDREA POLI, liema gowl ma kienx biżejjed biex Bologna jsalvaw punt lejn it-tmiem.

Inter żammew il-pass ma’ Milan meta fi Stadio San Siro għelbu lil Benevento 4-0. Inter fetħu l-iskor wara seba’ minuti permezz ta’awto-gowl ta’ RICCARDO IMPORTA. LAUTARO MARTINEZ għamilhom 2-0 fis-57 minuta b’ROMELU LUKAKU jagħmilhom 3-0 għaxar minuti wara. L-istess Lukaku għamel l-iskor 4-0 fid-79 minuta

Juventus kisbu rebħa diffiċli ta’ 2-0 fuq Sampdoria. Wara li fetħu l-iskor wara 20 minuta permezz ta’ FEDERICO CHIESA, Juventus kellhom jistennew sal-91 minuta biex aċċertaw mit-tliet punti b’gowl ta’ AARON RAMSEY.

SERIE A
Ilbieraħ: Torino v Fiorentina 1-1 Illum: Bologna v Milan 1-2, Sampdoria v Juventus 0-2, Inter v Benevento 4-0 Għada: Spezia v Udinese 12.30pm, Atalanta v Lazio 3.00pm, Cagliari v Sassuolo 3.00pm, Crotone v Genoa 3.00pm, Napoli v Parma 6.00pm, Roma v Verona 8.45pm