Lokali

Sewwieq ta’ mutur midrub gravi wara li waqa’ sular

Sewwieq ta’ mutur minn San Pawl il-Baħar kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.

Il-każ seħħ għall-ħabta tan-nofs siegħa tas-Sibt waranofsinhar fi Triq il-Kosta meta għal xi raġuni ż-żagħżugħ ta’ 25 sena tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Yamaha bil-konsegwenza li waqa’ madwar sular.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-vittma l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa.