Chris Cassar
PIETA H. ……………………0
SWIEQI U. …………………3
Pieta H: M. Chetcuti, S. Okoh, J. Cassar, M. Portelli, N. Pace Cocks, J. Ghio, D. Segura, Z. Leonardi, I. Jalo, J. Scicluna, L. Galea.
Swieqi U: J.C. Debattista, I. Micallef, M. Attard, J. Magri Overend, J. Micallef, J. Willy, S. Ibrahim, M. Vella, C. Cutajar, E. Ayorinde, J. Azzopardi
Referee: Sandro Spiteri
Swieqi rritornaw għar-rebħ wara ż-żelqa xejn mistennija kontra Naxxar, biex telgħu fit-tielet post tal-klassifika bl-istess punti daqs San Gwann. Minkejja r-riżultat il-logħba kienet waħda bilanċjata għal ħinijiet twal u l-gaolkeeper ta’ Swieqi Debattista kien determinanti b’saves mill-aqwa.
Ir-rebħa ta’ Swieqi komplessivament kienet meritata iżda r-riużultat hu kattiv wisq ma’ Pieta li sofrew telfa wara serje ta’ ħames logħbiet pożittivi.
Bidu tajjeb ta’ Swieqi li wara seba’ minuti marru fil-vantaġġ b’xutt fil-baxx ta’ Jeremy Micallef li għeleb għal kollox lil Chetcuti.
Swieqi baqgħu juru l-aħjar ideat iżda mal-ħin Pieta daħlu fil-logħba u din saret waħda bilanċjata.
Fl-aħħar minuti tat-taqsima, Okoh antiċipa lil Ibrahim u fuq in-naħa l-oħra daqqa ta’ ras ta’ Cassar minn azzjoni ta’ korner marret ftit għoli.
Fil-bidu tat-tieni taqsima save mill-aqwa ta’ Debattista fuq xutt bomba ta’ Jalo destinat għar-rokna ta’ fuq tax-xibka. Fit-52 minuta xutt ta’ Leonardi għadda ftit għoli hekk kif Pieta ħarġu jfittxu l-gowl tad-dro. Iżda Pieta kienu kastigati minuta wara meta Ayorinde skorja ġmiel ta’ gowl minn qagħda kważi mpossibli.
Pieta ppruvaw jidħlu mill-ġdid fil-logħba iżda l-goalkeeper ta’ Swieqi Debattista reġa’ salva brillantement freekick ta’ Scicluna. Fil-81 minuta Swieqi għalqu l-logħba meta l-Ġappuniż Okamura skorja b’azzjoni personali tliet minuti biss wara li kien daħal bħala sostitut.
Pieta ukoll spiċċaw il-logħba b’għaxar plejers wara li Bouvet ntwera t-tieni karta safra.
QRENDI ………………………..2
ŻEBBUĠ R. ……………………6
Qrendi: C. Abdilla, L. Martinelli, J. Busuttil, S. Schembri, G. Muscat, D. Sammut, M. Brincat, A. Agius, D. Bueno, J. Diumasumbu, S. Perdomo.
Żebbuġ R: M. Grech, S. Bugeja, J. Micallef, A. Mizzi, J. Silveira, C. Gauci, R. Vella, S. Gauci, K. Atkinson, S. Miloskovic, K. Tanti.
Referee: Andrea Sciriha
Żebbuġ Rangers kjellhom prestazzjoni oħra ferm pożittiva u kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta għelbu faċilment lil Qrendi biex pattew għat-telfa li kienu sofrew fl-ewwel rawnd kontra l-istess Qrendi. Kif jindika l-iskor Żebbuġ kienu għal kollox dominanti filwaqt li d-difiża ta’ Qrendi żgur ma kinitx fl-aqwa forma tagħha. L-ewwel minuti tal-logħba kienu mill-iktar emozzjonanti fejn wara ħames minuti logħob kien Clive Gauci li skorja b’xutt mill-viċin biex poġġa lil Żebbuġ fil-vantaġġ. Żewġ minuti wara Qrendi kisbu l-gowl tad-draw meta Diumasumbu daħal tajjeb fil-kaxxa u twaqqa’ bir-referee jordna penalty li minnu Bueno skorja b’xutt b’saħħtu. Minuta wara Żebbuġ viċin il-vantaġġ meta xutt ta’ Clive Gauci stampa mal-mimduda u minuta wara l-istess Gauci twaqqa’ fil-kaxxa u mill-11-il metru kien Atkinson li ma falliex.
Il-logħba ikkalmat xi ftit wara dan il-bidu qawwi il-logħba ikkalmat xi ftit iżda xorta waħda baqgħet ferm interessanti bir-Rangers ikollhom iktar mil-logħob. Fis-27 minuta ġirja tajba ta’ Miloskovic fuq il-lemin u kross lejn Atkinson li bir-ras għeleb lil Abdilla. Erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima azzjoni ta’ Silveira fuq ix-xellug u kross fil-baxx fejn il-goalkeeper imblokka parzjalment bil-ballun jasal f’saqajn Gauci li ma kellux diffikulta jkompli għal ġewwa. Qrendi issa kienu rassenjati għat-telfa u fit-68 minuta wasal anki l-ħames gowl skorjat minn John Micallef wara inċertezza fid-difiża ta’ Qrendi. Fl-74 minuta gowl ta’ konsolazzjoni għal Qrendi meta Andrew Agius skorja b’xutt fil-baxx minn qagħda ideali. Fil-ħin miżjud Żebbuġ għaqqdu n-nofs tużżana meta xutt ta’ Chris Vella kien imxellef fid-direzzjoni ta’ Shaun Bugeja li mill-viċin ma żbaljax.
//= $special ?>