Futbol Sport

Tliet punti importanti għal Żejtun

(Ritratt: Domenic Aquilina/MFA)

Gudja U…………………………..0

Żejtun C……………………………1

Gudja U: G. Zammit, A. Friggieri, I. Benac, E. Da Silva, H. Vella (L. Cremona 66’), V. Conceicao (T. Gusman 76’), G. Adamovic (N. Micallef 15’), J. Bolanos, J. Grioli (G. Mesah 46’), D. Camilleri (J. Brincat 85’), P. Mota

Żejtun C.: C. Cassar, K. Reid, J. Suda (G. Azzopardi 85’), T. Bonfim, C. Grech, H. Motta, S. Da Silva, V. Vieira (R. Santos 72’), D. Washington (G. Bugeja 58’), E. Herrera, N. Tabone

Referee: T. Farrugia Cann

Assistenti refrees: E. Spiteri, J. Muscat

Żejtun Corinthians komplew bil-mixja pożittiva u kisbu tliet punti importanti fil-ġlieda biex isalvaw posthom fil-Kampjonat BOV Premier hekk kif għelbu lil Gudja United 1-0. Il-gowl deċiżiv tal-partita wasal wara biss 16-il minuta meta minn cross ta’ Reid, Vieira niżżel lejn JURGEN SUDA li b’konklużjoni fil-baxx għeleb lil Zammit. Żejtun baqgħu dominanti u man- nofsiegħa logħob, xutt perikoluż ta’ Douglas Washington impenja lil Zammit. Minkejja l-bidliet offensivi mill-kowċ ta’ Gudja, it-tim tiegħu ftit li xejn kien perikoluż, bl-ewwel impenn serju għal Christian Cassar wasal fit-tieni taqsima meta Cassar salva l-konklużjoni ta’ Elton Da Silva. Cassar kien strumentali fis-77 minuta meta salva x-xutt ta’ Friggieri wara azzjoni personali.