Il-partita mil-Ligue 1 Marseille kontra Rennes ġiet mħassra minħabba li xi partitarji ta’ Marseille attakkaw iċ-ċentru ta’ taħriġ.
Madwar 300 partitarju daħlu jattakkaw b’konsegwenza li seba’ pulizija sfaw feruti filwaqt saru 25 arrest. Dan il-każ seħħ hekk kif aktar kmieni din il-ġimgħa kien hemm diversi protesti kontra kif qed jitmexxa l-klabb ta’ Marseille kemm fil-grawnd kif ukoll fl-amministrazzjoni.
Il-League Franċiż (LFP) saħaq li fid-dawl ta’ dawn l-inċidenti il-logħba kellha tiġi posposta b’ammont qawwi ta’ pulizija jkunu msejħa sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Il-kowċ ta’ Marseille Andre Villas-Boas qal li l-klabb għandu bżonn bidla minn fuq s’isfel filwaqt li żied li mhux qiegħed jara futur ma’ dan il-klabb.