Lokali

Żewġt irġiel imressqa fuq każi ta’ pussess ta’ droga

F’żewġ każi separati Ali Mohammed Ibrahim ta’ 27 sena mis-Somalja u Mohammed Susso ta’ 23 sena mill-Gambja, tressqu b’akkużi ta’ pussess ta’ droga.

Ibrahim, weħel sentejn ħabs u multa ta’ €800 wara li ammetta li kellu fil-pussess tiegħu droga kannabis u anke sintetika li ma kinitx għall użu personali tiegħu.

Hu kien ħeba d-droga fi ħwejgu u f’pakketti tas-sigaretti.

Sadanittant Susso inżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li nstab fil-pussess ta’ seba’ pakketti droga sintetika li wkoll kienet tindika li mhux għall-użu tiegħu biss.

Iż-żewġt irġiel kienu ġew arrestati waqt ronda fil-Marsa.