Hibernians ……….2
Tarxien ………….0
Hibernians: M.Calleja Cremona, F.Apap, R.Dos Anjos, J.Grech (T.Fonseca 62’), J.Degabriele( W.Texeira 85’) B.Kristensen, D.Vella, Z.Grech (A.Attard 77’), G.Izaquir, A.Agius, I.Iriberri
Tarxien R: J.Borg, C.Conceicao, V.Plut, J.Debono (L.Sciberras 75’), E.Rosado, E.Ssekisambu, E.Paz, K.Gatt, M.Tabone, R.Kooh Sohna, C.Escobar
Referee: S.Pace
Assistenti Referees: R.Vella, D.Spencer
Hibernians kisbu rebħa missilta kontra Tarxien. F’waħda mid-derbies ta’ din il-ġimgħa Hiebernians rebħu bl-iskor ta’ 1-0 biex ħallew lil Tarxien fiż-żona tar-relegazzjoni bi 12-il punt. L-ewwel azzjoni denja ta’ nota għal Tarxien waslet fis-27 minuta meta wara żball mid-difiża ta’ Hibernians, Vito Plut qata’ għal ġewwa minn fuq il-lemin u b’xutt ċentrali impenja lill-gowlkiper Calleja Cremona.
Hibernians daħlu aktar fil-partita meta fis-36 minuta minn pass dijagonali ta’ Degabriele, Agius niżżel lejn Dunstan Vella bil-konklużjoni tiegħu tgħadddi ftit barra mill-lasti ta’ Borg. Hibernians reġgħu kienu viċin il-gowl fil-41 minuta meta minn free kick ta’ Izaquir, Andrei Agius għola tajjeb fuq kulħadd bid-daqqa ta’ ras tiegħu tgħaddi ftit barra.
Fit-tieni taqsima Tarxien ħarġu perikolużi mil-ewwel meta wara żball ieħor mid-difiża Pawlista Vito Plut qabeż lill-gowlkiper Calleja Cremona iżda f’lasta vojta tefa’ barra. Hibernians komplew jattakkaw u fit-58 minuta wara konfużjoni fil-kaxxa ta’ Tarxien il-konkużjoni finali ta’ Bjorn Kristensen għaddiet għoli mil-lasta ta’ Borg. L-aktar azzjoni perikoluża għal Hibernians tasal fis-61 minuta meta minn pass ta’ Iriberri Jurgen Degabriele ikkonkluda tajjeb, b’ Jurgen Borg jilqa’ tajjeb, bil-ballun jibqa’ fuq il-linja biex Conceicao tajjar il-ballun qabel seta’ jilħaq Jake Grech.
Il-pressjoni ta’ Hibernians ħaliet l-impatt mixtieq f-74 minuta meta minn corner minn fuq il-lemin ta’ Jurgen Degabriele, il-ballun ħabat mal-koxxa ta’ FERDINADO APAP u spiċċa fix-xibka biex għamel l-iskor 1-0. Hibernians irdoppjaw fid-90 minuta meta minn kontrattakk veloċi tas-sostitut Wilkson Texeira għadda lejn IMANOL IRIBERRI li mill-viċin skorja għal skor finali ta’ 2-0.
//= $special ?>